Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Team Beverage vs EUIPO - Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)
(Kawża T-359/20)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung AG (Bonn, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “Team Beverage” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 665 704
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2020 fil-Każ R 2727/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikoli 18 u 47 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________