Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Dicembru 2021 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)

(Kawża T-359/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Team Beverage – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TEAM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Kramer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2020 (Każ R 2727/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung u Team Beverage.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Team Beverage AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 255, 3.8.2020.