Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-629/16) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbun – Raġuni relattiva għal rifjut – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 597/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas u Shoe Branding Europe.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 402, 31.10.2016.