Language of document : ECLI:EU:T:2021:894


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal15 ta’ Diċembru 2021 – IrRepubblika Ċeka vs IlKummissjoni

(Kawża T627/16 RENV)

“FEAGA u FAEŻR – Infiq esklużi mill-finanzjament – Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka – Għajnuna diretta ddiżakkoppjata – Kontrolli fuq il-post tradizzjonali u permezz ta’ telerilevament – Diskrepanzi bejn ir-riżultati tal-kontrolli – Settur tal-inbid – Kontrolli fuq il-post tal-investimenti permezz ta’ kampjuni”

1.      Agrikoltura – Finanzjament minn FEAGA – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fil-post – Kontrolli fuq il-post tradizzjonali u b’telerilevament – Diskrepanza bejn ir-rati ta’ irregolaritajiet ikkonstatati wara dawn il-kontrolli – Dubji serji u raġonevoli dwar l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-post permezz ta’ telerilevament – Prova insuffiċjenti

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009, Artikolu 26, Artikolu 31(2), Artikoli 33 u 35)

(ara l-punti 61, 65, 69, 73)

2.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fil-post – Kontrolli b’telerilevament – Kampjun aleatorju u kampjun ibbażat fuq ir-riskju – Diskrepanza bejn ir-rati ta’ irregolaritajiet ikkonstatati wara dawn il-kontrolli – Dubji serji u raġonevoli dwar l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-post permezz ta’ telerilevament – Assenza

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009, Artikoli 26 u 31)

(ara l-punti 75, 76, 78, 80, 81, 83, 86)

3.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Annullament parzjali ta’ att tad-dritt tal-Unjoni – Kundizzjoni – Natura separabbli tal-elementi annullabbli tal-att ikkontestat – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq ffinanzjata mill-FAEGA – Natura separabbli ta’ korrezzjoni finanzjarja debitament applikata

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikoli 52(1))

(ara l-punti 88, 89)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGA – Deċiżjoni li tesponi b’mod suffiċjentement il-motivi ta’ irregolarità

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 113, 114)

5.      Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni mill-ġdid fis-settur tal-inbid – Kontrolli applikabbli fis-settur tal-inbid – Kontrolli fil-post – Obbligu li jitwettqu kontrolli fuq il-post sistematiċi qabel il-ħlas tal-għajnuna għall-investiment – Assenza

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 555/2008, Artikolu 19 u Artikolu 77(3))

(ara l-punti 119, 120)

6.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Annullament parzjali ta’ att tad-dritt tal-Unjoni – Kundizzjoni – Natura separabbli tal-elementi annullabbli tal-att ikkontestat – Natura mhux separabbli ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata indebitament – Annullament

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 122, 125, 127)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal‑20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 173, p. 59), sa fejn twarrab il-ħlasijiet magħmula mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG għal ammont ta’ EUR 462 517,83 f’dak li jirrigwarda l-infiq relatat mal-għajnuna diretta diżakkoppjata u għal ammont ta’ EUR 636 516,20 f’dak li jirrigwarda l-infiq relatat mal-investiment fis-settur tal-inbid.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal‑20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn teskludi l-ħlasijiet magħmula mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG:

–        taħt l-iskema ta’ għajnuna diretta diżakkoppjata, għas-snin finanzjarji 2013 sal-2015, is-somma ta’ EUR 69 054.23 relatata man-nuqqasijiet fl-analiżi tar-riskji;

–        taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-investiment fis-settur tal-inbid, għas-snin finanzjarji 2011 sal-2014, is-somma ta’ EUR 636 516.20.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

4)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.