Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Il-Kummissjoni vs SEMEA u Commune de Millau

(Kawża T-168/10 u 572/10)

"Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt ta' sussidju li jikkonċerna żvilupp lokali li jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' preparazzjoni u ta' twaqqif ta' Ċentru Ewropew għan-negozju lokali f'Millau (Franza) - Rimbors ta' parti mill-pagamenti mħallsa bil-quddiem - Ammissibbiltà ta' rikors kontra kumpannija stabbilita taħt il-liġi Franċiża li tneħħiet mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji - Applikazzjoni tad-dritt Franċiż - Kuntratt amministrattiv - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Preskrizzjoni - Infurzabbiltà ta' klawżola ta' arbitraġġ - Irkupru ta' dejn - Teorija tal-aċċessorji - Stipulazzjoni għal oħrajn"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, aġent, assistit minn E. Bouttier, avukat)

Konvenut: Société d'économie mixte d'équipement de l'Aveyron (SEMEA) (Millau, Franza); u Commune de Millau (Franza) (rappreżentanti: L. Hincker u F. Bleykasten, avukati)

Suġġett

Talbiet għal ħlas lura tas-somma prinċipali ta' EUR 41 012 imħallsa mill-Kummissjoni bħala garanzija mogħtija minnha fil-kuntest tal-finanzjamenti mogħtija lis-SEMEA, miżjuda bl-interessi li ddekorrew u li għandhom jiddekorru, kif ukoll b'kull ammont ieħor mogħti bħala kumpens għad-danni subiti minnha.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-168/10 u T-572/10 ġew magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Is-Société d'économie mixte d'équipement de l'Aveyron (SEMEA) u l-komun ta' Millau (Franza) huma kkundannati in solidum u konġuntement għall-ħlas tas-somma prinċipali ta' EUR 41 012 lill-Kummissjoni Ewropea, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali annwali applikata fi Franza sa mis-27 ta' April 1993 sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma. L-interessi dovuti fid-data tal-15 ta' April 2010, u sussegwentment f'kull skadenza annwali sa minn din id-data, għandhom jiġi kkapitalizzati sabiex jakkumulaw interessi huma stess.

Il-kumplament tar-rikorsi tal-Kummissjoni fil-Kawżi T-168/10 u T-572/10 huwa miċħud.

Il-kontrotalba tas-SEMEA fil-Kawża T-168/10 u l-kontrotalba tal-komun ta' Millau fil-Kawża T-572/10 huma miċħuda.

Is-SEMEA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-168/10.

Il-komun ta' Millau għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-572/10.

____________

1 - ĠU C 161, 19.6.2010.