Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Bratislava - is-Slovakkja) – FENS spol. s r.o. vs Slovenská republika – Úrad pre reguláciu sieťových odvetví

(Kawża C-305/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-merkanzija – Dazji doganali – Taxxi li għandhom effett ekwivalenti – Ħlas fuq it-trażmissjoni tal-elettriku prodott fit-territorju nazzjonali u intiż għall-esportazzjoni – Kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni mal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bratislava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FENS spol. s r.o.

Konvenuta: Slovenská republika – Úrad pre reguláciu sieťových odvetví

Dispożittiv

L-Artikoli 28 u 30 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi piż pekunjarju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jolqot l-elettriku esportat lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz biss meta l-elettriku jkun ġie prodott fit-territorju nazzjonali.

____________

1     ĠU C 269, 14.8.2017.