Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2024 – Mandelay (SCIO)

(Kawża T-101/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SCIO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 191 194

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 7/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________