Language of document : ECLI:EU:T:2009:309





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Settembru 2009 – LPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/08)

“Rikors għal annullament u għad-danni – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Għeluq ta’ lment – Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Inammissibbiltà manifesta – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati (Artikoli 226 KE, 228 KE u 230 KE) (ara l-punti 49-51)

2.                     Rikors għal annullament - Interess ġuridiku (ara l-punti 58, 59)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (Artikolu 226 KE u t‑tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 65, 66)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Frar 2008, kif imsemmija fl-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2008, indirizzata lir-rikorrenti bir-referenza ENV.A.2/MAS/mm/D (2008) 5542, li permezz tagħha hija ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħlaq l-ilment tagħha dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-proġett ta’ bini ta’ diga fuq ix-xmara Sabor (il-Portugall) mad‑Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il‑konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) (ilment Nru 2003/4523 – proġett ta’ diga ta’ “Baixo Sabor”) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni allegatament impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti, u talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn jitlob l‑annullament ta’ deċiżjoni allegatament impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal‑Kummissjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-Liga para a Protecção da Natureza (LPN) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.