Language of document : ECLI:EU:C:2016:838

Kawża C243/15

Lesoochranárské zoskupenie VLK

vs

Obvodný úrad Trenčín

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitat naturali – Artikolu 6(3) – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent – Artikoli 6 u 9 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ – Sit protett ta’ Strážovské vrchy – Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni – Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent – Talba intiża għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura – Ċaħda – Rimedju ġudizzjarju”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016

1.        Ambjent – Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett f’sit protett – Kundizzjonijiet – Kontroll minn qabel – Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett fuq is-sit

(Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, Artikolu 6(3))

2.        Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni – Sitwazzjoni legali nazzjonali li tippreżenta element ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja rriżervata

(Artikolu 4(3) TUE u Artikolu 19(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 51(1); Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 6(1)(b); Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, Artikolu 6(3))

3.        Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima

(Artikolu 267 TFUE)

4.        Ambjent – Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett f’sit protett – Proċedura amministrattiva – Talba ta’ organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent intiża għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura – Ċaħda awtomatika wara l-għeluq tal-proċedura, bil-konsegwenza tal-assenza ta’ possibbiltà għall-organizzazzjoni imsemmija li tressaq azzjoni legali – Inammissibbiltà – Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikoli 2(5), 6(1)(b) u 9(2) u (4); Direttiva tal-Kunsill 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, Artikolu 6(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42, 66)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 50-53, 65)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 64)

4.      L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, sa fejn dan jistabbilixxi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, f’kundizzjonijiet li jiżguraw aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, drittijiet li għandha organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li tissodisfa r-rekwiżiti indikati fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tal-imsemmija konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li appell minn deċiżjoni li ma tirrikonoxxix lil tali organizzazzjoni l-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett taħt id-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja definittiva dwar il-kwalità ta’ parti, u huwa awtomatikament miċħud fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li b’hekk jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.

(ara l-punt 73 u d-dispożittiv)