Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2017 – Cotecnica vs EUIPO - Mignini & Petrini (cotecnica MAXIMA)

(Kawża T-136/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cotecnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (irrappreżentata minn: J. Erdozain López, J. Galán López u J. Devaureix, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mignini & Petrini SpA (Petrignano di Assisi, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “cotecnica MAXIMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 292 495

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 853/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________