Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/17 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Aċċess għal dokumenti – Dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal tliet klabbs tal-futbol professjonali – Drittijiet tad-difiża – Rifjut ta’ aċċess – Talba għal miżuri provviżorji – Assenza ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Stromsky, G. Luengo u P. Němečková, sussegwentement J. Baquero Cruz, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tagħti aċċess għad-dokumenti li jisabu fil-fajl dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) mogħtija minn Spanja lil Valencia Club de Fútbol SAD, lil Hércules Club de Fútbol u lil Elche Club de Fútbol SAD, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti u huma fundamentali għad-difiża xierqa tal-interessi tagħha.

Dispożittiv

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________