Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2018 – Cotécnica vs EUIPO – Mignini & Petrini (cotecnica MAXIMA)

(Kawża T-136/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva cotecnica MAXIMA – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MAXIM Alimento Superpremium – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cotécnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. C. Erdozain López, J. Galán López u J.-B. Devaureix, sussegwentement J. C. Erdozain López, J. Galán López u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mignini & Petrini SpA (Petrignano di Assisi, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti et F. De Bono, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 (Każ R 853/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mignini & Petrini u Cotécnica.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Cotécnica, SCCL, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Mignini & Petrini SpA.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.