Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/17) 1

(Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat – Rifjut ta’ aċċess – Lis pendens – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi – Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali – Interess pubbliku superjuri”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni finali C(2017) 736 tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Frar 2017, li tirrifjuta lil Hércules Club de Fútbol l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat SA.363872.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hércules Club de Fútbol, SAD hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 144, 8.5.2017.