Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 – Prim vs EUIPO – Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED)

(Kawża T-138/17 1 )

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRIMED – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti PRIM S.A., PRiM, S.A. SUMINISTROS MEDICOS u GRUPO PRiM – Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001) – Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Klassifikazzjoni bħala provi ġodda jew addizzjonali – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Prim, SA (Móstoles, Spanja) (rappreżentant : L. Broschat García, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH (Halberstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant : D. Donath, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Prim u Primed Halberstadt Medizintechnik.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim, SA.

Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.