Language of document : ECLI:EU:T:2019:174





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal20 ta’ Marzu 2019 – Prim vs EUIPO – Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED)

(Kawża T138/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRIMED – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti PRIM S.A., PRiM, S.A. SUMINISTROS MEDICOS u GRUPO PRiM – Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001) – Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Klassifikazzjoni bħala provi ġodda jew addizzjonali – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 2528, 42)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju– Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Assenza ta’ dispożizzjoni kontrarja

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 53(1)(a), 57(2) u (3), 63(2), 76(2), u 78; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 40(6) tal-Artikolu 1)

(ara l-punti 46‑53)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

(ara l-punt 63)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Sentenzi dikjaratorji – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u(3))

(ara l-punt 67)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6))

(ara l-punt 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad‑19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015‑4 u R 163/2016‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Prim u Primed Halberstadt Medizintechnik.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad‑19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015‑4 u R 163/2016‑4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim, SA.

4)

Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim.