Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 – Scor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/17) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Suq tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali – Għajnuna taħt il-forma ta’ garanzija llimitata tal-Istat mogħtija lil CCR – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont il-fażi preliminari tal-eżaminazzjoni – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Rikors għal annullament – Locus standi – Nuqqas ta’ assenjazzjoni sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva –Inammissibbiltà parzjali – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Kwalità ta’ parti interessata – Assenza ta’ diffikultajiet serji”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Scor SE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Baverez, N. Autet, M. Béas u G. Marson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, A. Bouchagiar u K. Blanck, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment D. Colas, B. Fodda, E. de Moustier u J. Bousin, sussegwentement D. Colas, B. Fodda, P. Dodeller, R. Coesme u E. de Moustier, aġenti) u Caisse centrale de réassurance (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Gunther, A. Giraud u S. Petit, sussegwentement A. Giraud u S. Petit, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2016) 5995 finali tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2016, dwar il-miżuri SA.37649 u SA.45860 mogħtija minn Franza, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mas-suq intern il-garanzija llimitata mogħtija lil CCR għal attività tagħha tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Scor SE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Caisse centrale de réassurance (CCR), inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

____________

1 ĠU C 144, 8.5.2017