Language of document : ECLI:EU:T:2019:80


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2019 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/17)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat – Rifjut ta’ aċċess – Lis pendens – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi – Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali – Interess pubbliku superjuri”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ lis pendens – Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi taż-żewġ rikorsi – Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat fit-tieni lok

(ara l-punt 23)

2.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Portata – Applikazzjoni lill-fajls amministrattivi li jirrelataw mal-proċeduri ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat – Preżunjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Limiti – Konfutazzjoni ta’ din il-preżunzjoni  – Bżonn li jiġu invokati ċirkustanzi ta’ natura li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ interess superjuri li jipprevali fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ aċċess

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikoliu 4(2))

(ara l-punti 32-38, 42, 43)

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Portata – Applikazzjoni lill-fajls amministrattivi li jirrelataw mal-proċeduri ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat – Preżunjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Talba li tikkonċerna biss ċerti dokumenti tal-imsemmi fajl – Assenza ta’ effett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punt 45)

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Kontinwazzjoni ta' azzjoni ta’ annullament – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

(ara l-punti 52-54)

5.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Portata – Applikazzjoni lill-fajls amministrattivi li jirrelataw mal-proċeduri ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat – Preżunjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Talba għal aċċess imressqa matul il-proċedura ġudizzjarja dwar id-deċiżjoni fuq il-mertu – Ammissibbiltà tar-rifjut

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikoliu 4(2))

(ara l-punti 55, 56)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni finali C(2017) 736 tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Frar 2017, li tirrifjuta lil Hércules Club de Fútbol l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat SA.363872.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hércules Club de Fútbol, SAD hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.