Language of document : ECLI:EU:T:2019:287


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2019 – Scor vs IlKummissjoni

(Kawża T135/17)

“Għajnuna mill-Istat – Suq tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali – Għajnuna taħt il-forma ta’ garanzija llimitata tal-Istat mogħtija lil CCR – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont il-fażi preliminari tal-eżaminazzjoni – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Rikors għal annullament – Locus standi – Nuqqas ta’ assenjazzjoni sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà parzjali – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Kwalità ta’ parti interessata – Assenza ta’ diffikultajiet serji”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq komuni mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Użu mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE– Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 108(2) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(h))

(ara l-punti 40-42, 69-73)

2.      Rikors għal annullament  – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq komuni mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors intiż li jikkontesta l-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni  – Rikors ta’ impriża kompetitriċi li ma huwiex iġġustifikat b’effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq – Inammissibbiltà

(Artikolu 108(2) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 43, 44, 56-68, 75)

3.      Rikors għal annullament  – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Użu mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Rikors intiż li jissejvja d-drittijiet proċedurali tal-persuni interessati – Ammissibbiltà – Motivi li jistgħu jiġu invokati

(Artikolu 108(2) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(h))

(ara l-punti 76, 77)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma tinfetaħx il-proċedura ta' investigazzjoni formali – Ħtieġa li jiġu esposti r-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tqis li ma hijiex fil-preżenza ta’ diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern– Assenza tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni speċifika għal kull element imqajjem mill-partijiet interessati

(Artikoli 107(1), 108(2) u 296  TFUE)

(ara l-punti 79-95)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Kunċett – Diffikultajiet serji – Natura oġġettiva – Tul tal-proċedura preliminari li ma tistax turi waħehda l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet

Artikoli 107 u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 4)

(ara l-punti 105-112)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja f’każ ta’ diffikultajiet serji – Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet – Indizji bbażati fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata – Assenza

(Artikoli 107 u 108(2) u (3) TFUE)

(ara l-punti 120-142)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2016) 5995 finali tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2016, dwar il-miżuri SA.37649 u SA.45860 mogħtija minn Franza, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mas-suq intern il-garanzija llimitata mogħtija lil CCR għal attività tagħha tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scor SE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Caisse centrale de réassurance (CCR), inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-talba għal trattament kunfidenzjali.