Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 taʼ Marzu 2013 - Benelli Q.J. vs UASI - Demharter (MOTO B)

(Kawża T-169/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: (Benelli Q.J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentant: P. Lukácsi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut u tirrinvija l-każ quddiem l-UASI sabiex huwa jeżamina l-każ mill-ġdid u jiddeċiedi mill-ġdid minħabba l-fatt li t-trade marks preċedenti tar-rikorrenti għandhom jitqiesu bħala trade marks preċedenti fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u għalhekk teżamina fil-mertu l-oppożizzjoni tar-rikorrenti bbażata fuq il-probabbiltà ta' konfużjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "MOTO B" li qed titlob il-kuluri iswed, abjad, aħmar, deheb, aħdar, kannella u griż għal prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 25 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 780 926

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi Taljani mhux irreġistrati magħrufin sew "MOTOBI" et al.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________