Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2014 – Marzocchi Pompe vs UASI – Settima Flow Mechanisms (ELIKA)

(Kawża T-182/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Marzocchi Pompe SpA (Casalecchio di Reno, l-Italja) (rappreżentant: M. Bovesi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Settima Flow Mechanisms (Grossolengo, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 428/2013-2) u tiddikjara l-validità tat-trade mark ELIKA għall-prodotti kollha li fir-rigward tagħhom kienet ġiet irreġistrata;

tadotta kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra xierqa;

tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż marbuta ma’ din il-proċedura u mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, inklużi dawk sostnuti minn Marzocchi Pompe SpA fis-sens tal-Artikolu 87(2), ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 91(b) u 132(2), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.Motivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “ELIKA” għal prodotti fil-klassi 7 – Trade mark Komunitarja Nru 1 051 270Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Marzocchi Pompe SpAParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Settima Flow MechanismsMotivazzjoni tat-talba għal

invalidità: Artikolu 52(1)(a)

u Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark iddikjarata invalidaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009