Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Nürburgring vs UASI - Biedermann (Nordschleife)

(Kawża T-181/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nürburgring GmbH (Nürburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Viefhues u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lutz Biedermann (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 163/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-partijiet l-oħra, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Nordschleife” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2 sa 4, 6, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 21, 22, 24 sa 30, 32 sa 34, 39, 41 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 379 399Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lutz BiedermannTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali “Management by Nordschleife” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 25, 28 u 41Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni

parzjalment miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009