Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Nürburgring vs UASI – Biedermann (Nordschleife)

(Kawża T-181/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nordschleife – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Management by Nordschleife – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nürburgring GmbH (Nürburg, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: M. Viefhues u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lutz Biedermann (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u M. Ziliox, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Jannar 2014 (Każ R 163/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. Lutz Biedermann u Nürburgring GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Nürburgring GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 151, 19.5.2014.