Language of document : ECLI:EU:T:2017:41

Kawża T181/14 DEP

Nürburgring GmbH

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Proċedura – Intaxxar tal-ispejjeż”

Sommarju – Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017

1.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Kontestazzjoni dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru – Kunċett

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 170(1))

2.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Kunċett – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet – Taxxa fuq il-valur miżjud – Esklużjoni fil-każ ta’ persuna taxxabbli

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

3.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż –Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Ftehim dwar l-onorarji konkluż bejn parti u l-avukat tagħha – Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

4.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż –Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Evalwazzjoni fid-dawl prinċipalment tan-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol oġġettivament indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

5.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Għarfien tal-kawża mill-avukati

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

6.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Kunċett – Spejjeż sostnuti wara l-għeluq tal-proċedura orali – Esklużjoni – Eċċezzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

7.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ tal-avukati – Kundizzjonijiet għar-rimbors

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

1.      Għandu jiġi interpretat bħala kontestazzjoni tal-likwidazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru, fis-sens tal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-fatt, għall-parti kkundannata tħallas l-ispejjeż tal-intervenjent, li tinforma lil dan tal-aħħar, qabel it-tressiq tat-talba għall-intaxxar għall-ispejjeż, dwar l-impossibbiltà min-naħa tagħha li tagħti l-kunsens tagħha fir-rigward ta’ xi ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru u li tagħmel ħlas mingħajr deċiżjoni formali tal-Qorti Ġenerali.

Barra minn hekk, mill-fatt li, wara t-tressiq tat-talba għall-intaxxar għall-ispejjeż, il-parti kkundannata tħallas dawn l-ispejjeż informat lill-Qorti Ġenerali dwar l-assenza ta’ intenzjoni tagħha li tippreżenta osservazzjonjiet fir-rigward ta’ din it-talba, ma jistax jiġi dedott li hija tat il-kunsens tagħha fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż mitluba jew fir-rigward tal-likwidazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru.

(ara l-punt 8)

2.      Skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, huma meqjusa bħala spejjeż li jistgħu jinġabru, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet għall-finijiet tal-proċedura, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ kif ukoll ir-remunerazzjoni ta’ aġent, ta’ konsulent jew ta’ avukat. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-ispejjeż li jistgħu jinġabru huma limitati, minn naħa, għal dawk sostnuti għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, għal dawk li kienu indispensabbli għal dawn il-finijiet.

F’dan ir-rigward, l-ammont mitlub fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jitqies bħala spejjeż li jistgħu jinġabru biss jekk il-persuna fiżika jew ġuridika li titlob dan l-ammont tistabbilixxi li hija ma hijiex suġġetta għal din it-taxxa.

(ara l-punti 9, 12)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 10, 11)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 19, 20, 23)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 25)

6.      Il-ġbir tal-ispejjeż relatati mal-perijodu sussegwenti għall-proċedura orali għandu jiġi rrifjutat meta ebda att tal-proċedura ma jkun ġie adottat wara s-seduta.

(ara l-punt 28)

7.      Hija l-persuna li titlob ir-rimbors tal-ispejjeż li għandha tipproduċi l-prova tar-realtà u tal-ammont tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ li hija qiegħda titlob li jiġi rrimborsati. La l-parti kkundannata għall-ispejjeż u lanqas il-qorti tal-Unjoni ma jistgħu fil-fatt ikunu obbligati jevalwaw tali spejjeż abbażi ta’ sempliċi indikazzjoni ċċifrata min-naħa tal-persuna li titlob ir-rimbors.

(ara l-punt 34)