Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2018 – Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-180/14) 1

(“Rikors għal annullament – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk fis-settur tas-sajd – Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd previsti minn dan il-ftehim – Att ta’ konklużjoni – Applikabbiltà tal-imsemmni ftehim u protokoll għat-territorju tas-Saħara tal-Punent u għall-ibħra adjaċenti – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia-el-Hamra u Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. de Elera-San Miguel Hurtado u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Castillo de la Torre u E. Paasivirta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 234 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/785/UE tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU 2013, L 349, p. 1), minn naħa, u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/393 tat-12 ta’ Marzu 2018 li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi tal-protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU 2018, L 69, p. 60), min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Front populaire pour la libération de la Saguia-el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 184, 6.6.2014.