Language of document : ECLI:EU:T:2018:496





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla Estiża) tad19 ta’ Lulju 2018 – Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T180/14)

“Rikors għal annullament – Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk fis-settur tas-sajd – Protokoll li jistabbilixxi l-possibbiltajiet tas-sajd previsti f’dak il-ftehim – Att ta’ konklużjoni – Applikabbiltà tal-imsemmi Ftehim u Protokoll għat-territorju tas-Saħara tal-Punent u għall-ibħra li jmissu miegħu – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà”

1.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni KE-Marokk) – Ftehim ta’ Sħubija Komunità-Marokk – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent barra mis-sovranità tal-partijiet – Esklużjoni

(Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni KE-Marokk, Artikolu 94; Ftehim ta’ Sħubija KE-Marokk, Artikolu 11)

(ara l-punt 44)

2.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u tas-sajd – Ftehim ta’ Sħubija Komunità-Marokk – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Ibħra li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent – Esklużjoni

(Ftehim ta’ Sħubija KE-Marokk, Artikoli 2(a) u (11))

(ara l-punti 45-50)

3.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u tas-sajd – Ftehim ta’ Sħubija Komunità-Marokk – Protokoll tal-2013 – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Żona tas-sajd tal-Marokk – Kunċett – Ibħra li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent – Esklużjoni

(Ftehim ta’ Sħubija KE-Marokk, Artikoli 2(a) u (16) u Protokoll tal-2013, Artikolu 1)

(ara l-punti 52, 53, 57, 60)

4.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Interpretazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-prassi ulterjorment segwita fl-applikazzjoni tal-ftehim – Portata – Allegata rieda tal-Unjoni li twettaq il-ftehim b’mod inkompatibbli mal-prinċipji ta’ awtodeterminazzjoni u tal-effett relattiv tat-trattati – Inkompatibbiltà mal-prinċipji ta’ eżekuzzjoni tat-trattati in bona fide

(ara l-punti 63-65)

5.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll ma’ Stat terz li ma tipproduċix effetti legali fuq it-territorju kkontrollat minn dan l-Istat, peress li dan ma jkollu l-ebda sovranità rikonoxxuta internazzjonalment fuq l-imsemmi territorju – Użu ta’ moviment rikonoxxut bħala rappreżentant tal-poplu ta’ dan it-territorju u li jipparteċipa fin-negozjati mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti bil-għan tad-determinazzjoni tal-istatus tal-imsemmi territorju – Inammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Ftehim ta’ Sħubija KE-Marokk u Protokoll tal-2013)

(ara l-punti 69-71)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/785/UE tas‑16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni [Sħubija] fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU 2013, L 349, p. 1), minn naħa, u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/393 tat‑12 ta’ Marzu 2018 li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi tal-protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU 2018, L 69, p. 60), min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Front populaire pour la libération de la Saguia-el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.