Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 - Angelidis vs Il-Parlament

(Kawża T-113/05)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Mili ta' kariga bil-grad A2 - Ċaħda ta' kandidatura - Ksur ta' rekwiżiti proċedurali essenzjali - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Angelidis (Lussemburgu, Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropej (rappreżentanti: A. Bencomo Weber, J.F. de Wachter u A. Lukošiūtė, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għal kariga ta' Direttur tad-Direttorat "Affarjiet Baġitarji" fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Kumitati Responsabbli għall-Politika Interna tal-Parlament u li taħtar kandidat ieħor fl-imsemmija kariga u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni allegatament sofruti mir-rikorrent minħabba ċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2004, li taħtar lis-Sur Alfredo De Feo fil-kariga ta' Direttur ta' l-Affarjiet Baġitarji tad-Direttorat Ġenerali tal-Kumitati Responsabbli għall-Politika Interna tal-Parlament hija annullata.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 115, 14.5.2005.