Language of document : ECLI:EU:T:2011:663





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2011 – Hrbek vs UASI – Outdoor Group (ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT)

(Kawża T-434/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti alpine – Użu ħażin ta’ poter – Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 47, 65, 71-74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1441/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Outdoor Group Ltd u Václav Hrbek.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Václav Hrbek huwa kkundannat għall-ispejjeż.