Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2010 - Václav Hrbek li jopera bl-isem BODY-HF vs UASI - The Outdoor Group (ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT)

(Kawża T-434/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Václav Hrbek li jopera bl-isem BODY-HF (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Outdoor Group Ltd (Northampton, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal Appell tal Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis Suq Intern (UASI), tat-8 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 1441/2009-2;

tordna lill-konvenut jiċħad l-oppożizzjoni Nru B1276692 u jilqa' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5779351 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, jekk hija tkun intervenjenti f'dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja "ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT" għal prodotti fil-klassijiet 18, 24, 25 u 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5779351

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja "alpine" irreġistrata bin-Nru 2165017 għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 65(2) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, peress li l-Bord tal-Appell abbuża mill-poter tiegħu permezz tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tal-aħħar hija nieqsa mill-oġġettività u ma għandhiex bażi legali, u peress li applika b'mod żbaljat il-kriterji intiżi li jistabbilixxu l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark inkwistjoni.

____________