Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2011 - Brown u Volpato vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/07) 1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 - Struttura ġdida ta' karrieri - Estensjoni tal-karriera permezz tal-introduzzjoni ta' gradi ġodda li ma kinux jeżistu l-ekwivalenti tagħhom fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti - Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta' DĠE applikabbli mill-2005 - Prinċipju ta' trattament ugwali - Effett retroattiv ta' deċiżjonijiet ta' promozzjoni f'data qabel l-1 ta'Mejju 2004 - Miżuri tranżitorji - Rikors li manifestament ma jistax jintlaqa'")

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colin Brown (Brussell, il-Belġju) u Alberto Volpato (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: B Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Arpio Santacruz u I. Šulce, u sussegwentement M. Bauer, J. Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 55/2006 tas-17 ta' Novembru 2006 safejn hija ppromoviet lir-rikorrenti għall-grad 9, u mhux għall-grad AD 10, fil-proċedura ta' promozzjoni 2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Brown u Volpato u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 235, 06.10.07, p.30.