Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2010 - Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża F-73/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u t-talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment;

fir-rigward tal-kumpens tad-dannu materjali, tikkundanna lill-konvenut iħallas somma stabbilita b'mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 450 000, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali b'effett mis-sentenza eventwali;

fir-rigward tal-kumpens tad-dannu morali, tikkundanna lill-konvenut, prinċipalment, sabiex iqiegħed debitament lir-rikorrent fil-pożizzjoni li kien fiha qabel u sabiex iħallsu EUR 1 simboliku jew, sussidjarjament, sabiex iħallsu somma stabbilita b'mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 300 000, miżjuda bl-interess moratorji bir-rata legali b'effett mis-sentenza eventwali;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________