Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Cybergun vs UASI – Umarex Sportwaffen (AK 47)
(Kawża T‑419/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali AK 47 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Rikors imressaq kontra deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju deċiża fl-ewwel istanza u rrinvijata lill-Bord tal-Appell - Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ kawżi - Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punti 15-18)
2. Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a)) (ara l-punti 37, 42-45)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 289/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG u Cybergun SA. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: | Trade mark verbali AK 47 għall-prodotti fil-klassi 28 – Trade mark Komunitarja Nru 4528378 |
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: | Cybergum SA |
Parti li ressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: | Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: | Ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja |
Dispożittiv
2) | | Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |