Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – PT vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

(Kawża T-418/18)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: PT (irrappreżentat minn: E. Nordh, lawyer)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tal-4 ta’ April 2018 li tkeċċi lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ kumpens lill-konvenut għad-danni materjali li jammontaw għal EUR 2 240.31 u għad-danni morali li jammontaw għal EUR 50 000, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażata fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża

Ir-rikorrenti jiddikjara li l-konvenut ma ppermettilux jiddefendi ruħu fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli kontra l-allegazzjonijiet vantati minnu. Ir-rikorrent isostni li ġie miksur ukoll id-dritt tiegħu għal amministrazzjoni tajba.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni deċiżiv

Ir-rikorrenti jiddikjara li fil-kuntest tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu, il-konvenut wettaq ukoll diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni deċiżivi.

____________