Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2012 - Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill
(Kawża T-43/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mohamad Hamcho (Damasku, is-Sirja) u Hamcho International (Damas) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tilqa' r-rikors preżenti fil-proċedura mgħaġġla;
tannulla, sa fejn dawn l-atti jagħmlu referenza għar-rikorrenti:
id-Deċiżjoni 2011/273/PESK kif ikkompletata u emendata sal-ġurnata tal-lum, inklużi d-deċiżjonijiet kollha iċċitati fil-Kapitolu 17 iktar 'il fuq;
ir-Regolament 442/2011 kif ikkompletat u emendat sal-ġurnata tal-lum, inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-Kapitolu 18 iktar 'il fuq;
id-Deċiżjoni 2011/782/PESK kif ikkompletata u emendata sal-ġurnata tal-lum, b'mod partikolari bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/37/PESK, skont il-Kapitolu 19 iktar 'il fuq;
ir-Regolament 36/2012 kif ikkompletat u emendat sal-ġurnata tal-lum, b'mod partikolari permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni 55/2012, skont il-Kapitolu 20 iktar 'il fuq.
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill inkluża fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Diċembru 2011 destinata lir-rikorrenti, sa fejn iżżommhom elenkati fil-listi inkwistjoni;
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill
____________