Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – Pumpyanskaya vs Il-Kunsill

(Kawża T-1108/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Galina Evgenyevna Pumpyanskaya (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger u E. Steiner, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara inapplikabbli l-Artikolu 2(1)(f) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 tal-5 ta’ Ġunju 2023, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi ma’ fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 146, p. 20), l-Artikolu3 (1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 51, p. 1) u l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament Nru 269/2014, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/1089 tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 146, p. 1);

jew flimkien mal-ewwel kap tat-talba jew sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 104) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 3) (iktar ʼil quddiem, meħuda flimkien, l-“atti kkontestati”);

u, fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill aġixxa illegalment fl-adozzjoni tal-atti kkontestati, sa fejn il-Kunsill wettaq żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tar-rikorrenti.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-ħatra tar-rikorrenti tikser ċerti drittijiet tagħha protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________