Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach – il-Polonja) – A. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-895/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni indiretta – VAT – Direttiva 2006/112/KE – Akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti – Tnaqqis tat-taxxa tal-input dovuta fuq tali akkwist – Rekwiżiti formali – Rekwiżiti sostantivi – Terminu għall-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali – Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

fil-preżenza ta’: Rzecznik Małych i Średnich Przedsiębiorców

Dispożittiv

L-Artikoli 167 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatat ma’ akkwist intra-Komunitarju, matul l-istess perijodu taxxabbli bħal dak li matulu l-VAT hija dovuta, huwa suġġett għall-indikazzjoni tal-VAT dovuta fid-dikjarazzjoni fiskali ppreżentata f’terminu ta’ tliet xhur li jibdew jiddekorru mill-aħħar tax-xahar li matulu tnissel l-obbligu fiskali relatat mal-oġġetti akkwistati.

____________

1     ĠU C 54, 17.2.2020.