Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Settembru 2007 - Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/03)1

("Għajnuna mill-istat - Miżuri intiżi sabiex jippromwovu l-użu ta' materjali ta' iżolazzjoni prodotti minn materji primi rinnovabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Proċedura preliminari ta' investigazzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kunċett ta' parti interessata skond l-Artikolu 88(2) KE - Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura inter partes")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima - European Insulation Manufacturers Association (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmidt-Kötters, D. Uwer u K. Najork, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta : Ir-Repubblika Federali ta' Ġermanja (rappreżentanti : W.-D. Plessing, M. Lumma u C. Schulze-Bahr, wara minn W.-D. Plessing u C. Schulze-Bahr, aġenti

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 1473 finali, tad-9 ta' Lulju 2003, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-miżuri li l-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom l-intenzjoni li jadottaw sabiex jippromwovu l-użu tal-materjali ta' iżolazzjoni prodotti minn materji primi rinnovabbli (Għajnuna Nru 694/2002).

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima - European Insulation Manufacturers Association huma ordnati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 35, 7.2.2004.