Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2009 - Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-230-01 sa T-232/01 u T-267/01 sa T-269/01)1

("Għajnuna mill-Istat - Benefiċċji fiskali mogħtija minn entità territorjali ta' Stat Membru - Tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Assoċjazzjoni professjonali - Ammissibbiltà - Rinunzja ta' motiv - Klassifikazzjoni ta' għajnuna ġdida jew ta' għajnuna eżistenti - Prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' ċertezza legali - Prinċipju ta' proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-230/01: Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (Spanja); u Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco (Spanja) (rappreżentanti: inizjalment R. Falcón Tella, sussegwentement M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-231/01: Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (Spanja); u Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco (rappreżentanti: inizjalment R. Falcón Tella, sussegwentement M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-232/01: Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (Spanja); u Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco (rappreżentanti: inizjalment minn R. Falcón Tella, sussegwentement M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-267/01 sa T-269/01: Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, sussegwentement F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti fil-Kawża T-230/01: Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava (Spanja) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati; u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao) (rappreżentanti: inizjalment M. Araujo Boyd u R. Sanz, sussegwentement M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti fil-Kawża T-231/01: Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya (Spanja) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati); u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao) (rappreżentanti: inizjalment M. Araujo Boyd u R. Sanz, sussegwentement M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti fil-Kawża T-232/01: Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa (Spanja) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati); u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao) (rappreżentanti: inizjalment M. Araujo Boyd u R. Sanz, sussegwentement M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Comunidad Autónoma de la Rioja (Spanja) (rappreżentanti: A. Bretón Rodriguez, J. M. Criado Gámez, I. Serrano Blanco, avukati)

Suġġett

Fil-Kawżi T-230/01 u T-267/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2002/892/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Lulju 2001, dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta' Álava (ĠU 2002, L 314, p. 1), fil-Kawżi T-231/01 u T-268/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2002/806/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Lulju 2001, dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta' Vizcaya (ĠU 2002, L 279, p. 35), u, fil-Kawżi T-232/01 u T-269/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2002/540/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Lulju 2001, dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta' Guipúzcoa (ĠU 2002, L 174, p. 31).

Dispożittiv

1)    Il-Kawżi T-230/01, T-231/01, T-232/01, T-267/01, T-268/01 u T-269/01 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)    Fil-Kawżi T-230/01 sa T-232/01:

-    it-Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava, it- Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya, it- Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa u l-Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-Comunidad autónoma de La Rioja;

-    il-Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, il-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

4)    Fil-Kawżi T-267/01 sa T-269/01, il-Confebask għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoin u mill-Comunidad autónoma de La Rioja.

____________

1 - ĠU C 348, 8.12.2001.