Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2009 - Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01)1

("Għajnuna mill-Istat - Benefiċċji fiskali mogħtija minn entità territorjali ta' Stat Membru - Kreditu ta' taxxa ta' 45 % tal-ammont tal-investimenti - Deċiżjonijiet li jiddikjaraw l-iskemi ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Assoċjazzjoni professjonali - Ammissibbiltà - Kwalifika bħala għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' ċertezza legali - Prinċipju ta' proporzionalità")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-227/01: Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (Spanja); u Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco (Spanja) (rappreżentati: inizjalment R. Falcón Tella, sussegwentement M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-228/01: Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (Spanja); u Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco (rappreżentanti: inizjalment R. Falcón Tella, sussegwentement M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-229/01: Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (Spanja); u Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco (rappreżentanti: inizjalment R. Falcón Tella, sussegwentement M. Morales Isasi u I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukati)

Rikorrenti fil-Kawżi T-265/01, T-266/01 u T-270/01: Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Konventa: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, sussegwentement F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-227/01: Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava (Spanja) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati); u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao) (rappreżentanti: inizjalment M. Araujo Boyd u R. Sanz, sussegwentement M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-228/01: Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya (Spanja), (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati); u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao) (rappreżentanti: inizjalment M. Araujo Boyd u R. Sanz, sussegwentement M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-229/01: Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa (Spanja), (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati); u Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Bilbao) (rappreżentanti: inizjalment M. Araujo Boyd u R. Sanz, sussegwentement M. Araujo Boyd, L. Ortiz Blanco u V. Sopeña Blanco, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Comunidad Autónoma de la Rioja (Spanja) (rappreżentanti: A. Bretón Rodriguez, J. Criado Gámez u I. Serrano Blanco, avukati)

Suġġett

Fil-Kawżi T-227/01 u T-265/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/820/KE tal-11 ta' Lulju 2001 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta' Álava f'forma ta' kreditu ta' taxxa ta' 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1), fil-Kawżi T-228/01 u T-266/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/27/KE tal-11 ta' Lulju 2001 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta' Vizcaya f'forma ta' kreditu ta' taxxa ta' 45 % tal-investimenti (ĠU 2003, L 17, p. 1), u, fil-Kawżi T-229/01 u T-270/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/894/KE tal-11 ta' Lulju 2001 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta' Guipúzcoa f'forma ta' kreditu ta' taxxa ta' 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 314, p. 26)

Dispożittiv

Il-Kawżi T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Fil-Kawżi T-227/01 sa T-229/01:

-    it-Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa u l-Comunidad autónoma del País Vasco − Gobierno Vasco għandhom ibagħtu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni u tal-Comunidad autónoma de La Rioja;

-    il-Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, il-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa għandhom ibagħtu l-ispejjeż tagħhom.

Fil-Kawżi T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Confebask għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni u tal-Comunidad autónoma de La Rioja.

____________

1 - ĠU C 331, 24.11.2001.