Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2013 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-59/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni EsternaService européen pour l’action extérieure

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrenti

jannullament tad-deċiżjoni li tiċħad idt-talba deċiżjoni tar-rikorrenti;

li jiġi kklassifikat mill-ġdid il-kuntratt ta’ membru tal persunal awżiljarju bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal għal żmien indeterminat, skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg;

jtikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.