Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-12 taʼ April 2013 – GEMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bir-ritrażmissjoni bil-kejbil – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni tal-innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bechtold, I. Brinker, T. Holzmüller, avukati, u J. Schwarze, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, A. Antoniadis u O. Weber, aġenti)

Partijiet konvenuta insostenn tal-partijiet konvenuta: RTL Group SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); CLT-UFA (Lussemburgu); Music Choice Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit); ProSiebenSat.1 Media AG (Unterföhring, il-Ġermanja); Modern Times Group MTG AB (Stokkolma, l-Isvezja); Viasat Broadcasting UK Ltd (Londra); u Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) (Berlin) (rappreżentanti: inizjalment M. Hansen, A. Weitbrecht u É. Barbier de La Serre, avukati, sussegwentement M. Hansen, A. Weitbrecht, J. Ruiz Calzado, avukati, u J. Kallaugher, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 final, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).Dispożittiv1)    L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 final, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), hija annullata fir-rigward tal-Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA).2)    L-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 final huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, fir-rigward tal-GEMA.3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-GEMA, salv dawk marbuta mal-intervent. 4)    RTL Group SA, CLT-UFA, Music Choice Europe Ltd, ProSiebenSat.1 Media AG, Modern Times Group MTG AB, Viasat Broadcasting UK Ltd u Verband Privater Rundfunk und

Telemedien e

V (VPRT) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-GEMA u li huma marbuta mal-intervent.5)    Il-GEMA, il-Kummissjoni, RTL Group, CLT-UFA u Music Choice Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.