Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Estensjoni tal-kuntratt – Inammissibbiltà manifesta tal-appell fl-ewwel istanza – Dritt għal smigħ – Natura separabbli tal-addendum li jirrigwarda l-estensjoni tal-kuntratt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, D. de Abreu Caldas u J.N. Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12), huwa annullat.

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma riżervati.

____________

1 ĠU C 325, 09.11.2013.