Language of document : ECLI:EU:T:2014:1043





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
Sport‑pari vs Il-Kunsill


(Kawża T‑439/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Atti li jħassru u li jissostitwixxu fil-mori tal-kawża l-atti kkontestati — Talba għall-adattament tat-talbiet għal annullament fformulati fil-mori tal-kawża — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 49)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/357/PESK, 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 588/2011, Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punti 56-62)

3.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Obbligu li din il-miżura tiġi estiża għall-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn tali entità — Kundizzjoni — Atti li jimponu l-miżuri restrittivi li jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ dawn fil-konfront ta’ dawn l-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati (ara l-punti 65, 66, 123)

4.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Natura ta’ dawn il-miżuri — Assenza ta’ natura kriminali (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/357/PESK, 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 588/2011, Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punt 89)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-provi kontra — Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni effettwati minn dawn il-miżuri — Assenza ta’ motivi ġodda — Ksur tad-dritt ta’ smigħ — Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1017/2012) (ara l-punti 96, 97, 100, 101)

6.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1017/2012) (ara l-punti 128, 129)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 25), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Sport-pari ZAO.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sport-pari.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.