Language of document : ECLI:EU:C:2017:785





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża C599/16 P) (1)

“Appell – Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent”

1.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta' żnaturament – Aggravju mislut mill-iżnaturament tal-fatti – Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż il-provi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, paragrafu 1 tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punt 43)

2.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Verifika tal-fondatezza tal-investigazzjonijiet dwar il-persuna msemmija fid-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi – Esklużjoni – Verifika tal-fondatezza tad-deċiżjoni tal-iffriżar tal-fondi fid-dawl tad-dokumenti li fuqhom tibbaża din id-deċiżjoni – Inklużjoni

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2015/143/PESK u 2013/364/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2015/138 u Nru 2015/357)

(ara l-punti 69, 75)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oleksandr Viktorovych Yanukovych huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


1 ĠU C 30, 30.1.2017.