Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Ġunju 2011 - Toland vs Il-Parlament

(Kawża T-471/08) 1

("Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru°1049/2001 - Rapport ta' verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ciarán Toland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burke, solicitor, E. Regan, SC, u J. Newman, barrister)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u D. Moore, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Awwissu 2008, Referenza A (2008) 10636, sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta' verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta' Jannar 2008, intitolat "Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja".

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-11 ta' Awwissu 2008, Referenża A (2008) 10636, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta' verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta' Jannar 2008, intitolat "Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja".

2)    Il-Parlament ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta' Ciarán Toland.

3)    Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 32, 07.02.2009.