Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Tisza Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/08) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi lil ċerti produtturi tal-elettriku – Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Natura selettiva – Riżorsi tal-Istat – Imputabbiltà lill-Istat - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Drittijiet tad-difiża – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Eċċess ta’ poter – Artikolu 10 tat-Trattat fuq il-karta tal-enerġija”)

Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijietRikorrenti: Tisza Erőmű kft, li kienet AES-Tisza Erőmű kft (Tiszaújváros, l-Ungerija) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u E. Henny, sussegwentement T. Ottervanger, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ ftehimiet għax-xiri tal-enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).

Dispożitt

ivIr-rikors huwa miċħud.Tisza Erőmű kft għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.