Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2024 – ID Parti vs L-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(Kawża T-1189/23 R)

(Miżuri provviżorji – Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 – Status u finanzjament tal-partijiet politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej – Deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Identité et Démocratie Parti (ID Parti) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F.-P. Vos, avukat)

Konvenut: L-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (rappreżentanti: P. Schonard, N. Entchev u S. Kaiser, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-25 ta’ Ottubru 2023 li timponilha sanzjoni finanzjarja b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU 2014, L 317, p. 1).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________