Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2024 – Taokaenoi Food & Marketing vs EUIPO – Norma Lebensmittelfilialbetrieb (TAO KAE NOI)

(Kawża T-119/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Taokaenoi Food & Marketing plc (Nonthaburi, it-Tajlandja) (rappreżentant: B. Lhomme-Houzai, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nuremberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TAO KAE NOI – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 517 834

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 596/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-20 ta’ Jannar 2023;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 3 154 347 mressqa minn Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co.KG. kontra r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Nru 18 517 834;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk tintervjeni, lil Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co.KG., għall-ispejjeż tagħhom stess u għall-ispejjeż ta’ Taokaenoi Food & Marketing Public Company Limited f’kull stadju tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________