Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2013 – Hawe Hydraulik vs UASI – HaWi Energietechnik (HAWI)

(Kawża T-347/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hawe Hydraulik SE (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HaWi Energietechnik AG (Eggenfelden, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tas-26 ta’ April 2013, fil-Każ R 1690/2012-4 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 558 589 “HAWI”;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: HaWi Energietechnik AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HAWI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 35, 37 u 42 - applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 558 589

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HAWE”, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 42(2) flimkien mal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ġuramentata;

ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tas-siltiet meħuda mill-internet;

ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-provi tal-użu fl-intier tagħhom;

ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi tal-użu;

ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.