Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2012 - Ayadi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-527/09) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, man-netwerk ta' Al-Qaida u mat-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta' persuni u entitajiet ikkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chafiq Ayadi (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn B. Emmerson, QC, S. Cox, barrister, u H. Miller, solicitor, sussegwentement minn E. Grieves, barrister, u E. Miller)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u R. Szostak, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009, tat-13 ta' Ottubru 2009, li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 269, p. 20) sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta' Chafiq Ayadi u għandha tirrimborsa lill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali s-somom imħallsa bil-quddiem bħala għajnuna legali.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.