Language of document : ECLI:EU:T:2015:767





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 –
Bilbaína de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑689/13)

“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika – Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u 1272/2008 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tal-kostitwenti tagħha”

1.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Klassifikazzjoni, imballaġġ u ttikkettjar tas-sustanzi u tat-taħlitiet – Regolament Nru 1272/2008 – Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku – Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika – Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Unjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1272/2008, kif emendat bir-Regolament Nru 944/2013, Anness VI, tabella 3.1 u 3.2) (ara l-punti 23, 24)

2.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Klassifikazzjoni, imballaġġ u ttikkettjar tas-sustanzi u tat-taħlitiet – Regolament Nru 1272/2008 – Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku – Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika – Klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tal-kostitwenti tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tar-rata’ ta’ preżenza tal-kostitwenti kkonċernati u l-effetti kimiċi tagħhom (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1272/2008, kif emendat bir-Regolament Nru 944/2013, l-ewwel premessa tal-Artikolu (1) u 10(1), u Annessi I, punt 4.1.1.1, u VI, tabella 3.1 u 3.2) (ara l-punti 28-30)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, p. 5), sa fejn dan jikklassifika l-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, huwa annullat sa fejn dan jikklassifika il-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410).

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk sostnuti minn Bilbaína de Alquitranes, SA, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica, SA, SGL Carbon GmbH (Il-Ġermanja), SGL Carbon GmbH (L-Awstrija), SGL Carbon, SGL Carbon, SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG, Tokai erftcarbon GmbH u GrafTech Iberica, SL.

3)

L-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.